Il-Ministru Għas-Saħħa Chris Fearne Jikkonferma Li Dalwaqt Se Jitħabbru Restrizzjonijiet Ġodda

Hekk kif Malta qiegħda taffaċċja żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19, il-gvern jidher li se jkun qed jintroduċi restrizzjonijiet ġodda u jżid l-infurzar, skont id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.

Għalkemm ma indikax meta l-miżuri l-ġodda se jidħlu fis-seħħ jew x’se jkunu eżatt, madankollu, huwa ssuġġerixxa li l-użu tal-maskri tal-wiċċ ħa jkun aktar mifrux. Fearne ħabbar dan fuq Xtra ta’ TVM preżentat minn Saviour Balzan. Fl-istess jum li Malta rreġistrat rekord ta’ 112-il infezzjoni ġdida u każijiet attivi issa qabżu l-1,000.

Jidher li t-taħdidiet għaddejin biex jaraw x’tip ta’ infurzar hemm bżonn li jsir. Fearne qal ukoll li ż-żieda fl-infezzjonijiet ġo Malta tirrifletti xejriet simili li hemm barra minn pajjiżna.

Hu tkellem dwar il-pandemic fatigue, li hi l-fatt li persuni taħt il-ħamsin sena xebgħu mill-pandemija. Huwa appella lin-nies biex ikollhom paċenzja għax vaċċin qed qrib. “Qed nitolbu paċenzja għal ftit xhur oħra… inħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu attenti kif jiċċelebraw barra u aktar importanti ġewwa djarhom,” huwa qal.

Fearne kkonferma wkoll li fl-Isptar Mater Dei hemm sitt faċilitajiet tal-ITU biex ikun jista’ jittratta sitwazzjoni li sejra għall-agħar. Hu jgħid, “Nisperaw li ma nużawhomx iżda huwa għalhekk li huwa iktar importanti għan-nies li jieħdu l-vaċċin staġjonali tal-influwenza din is-sena.” Hu jistqarr dan sabiex dak li jkun ma jakkwistax iż-żewġ viruses f’daqqa għax dan taf ikun ta’ piż żejjed.

Facebook / Chris Fearne







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI