Il-Ministru Jonathan Attard Iġedded Il-Memorji Ma’ Missieru Bir-Ritratti

Il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol, Jonathan Attard, tella’ vidjo ma’ missieru fejn ġeddew il-memorji permezz ta’ ritratti tal-imgħoddi.

“Memorji sbieħ ma’ missieri fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier,” kiteb il-Ministru. “Nawgura Jum il-Missier it-Tajjeb lil missieri, lil missier marti u lill-missirijiet kollha, kif ukoll lil dawk kollha li jwettqu dan l-irwol b’għożża u dedikazzjoni.”

Fost dawn ir-ritratti ta’ memorji kien hemm ta’ meta l-Ministru ggradwa u laħaq nutar fejn instema’ biċ-ċar kemm hu kburi bih missieru.

Araw il-filmat hawn taħt:

Ritratti:

Facebook / Jonathan Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI