Aktar kmieni llum fakkarnikom fit-traġedja li ġrat 13-il sena ilu, fit-27 ta’ Ġunju 2007, fejn f’Birkirkara kienet splodiet kamra tan-nar u sfortunatament tilfu ħajjithom ħamest irġiel.
Ilbieraħ, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Onor. Edward Zammit Lewis wera d-dispjaċir tiegħu permezz ta’ bukkett fjuri li ħalla quddiem plakka li tfakkar il-memorja ta’ dawn il-ħaddiema.
It-tqegħid tal-fjuri seħħ wara li ġiet iċċelebrata l-quddiesa għal ruħ dawn il-vittmi. “Ġest żgħir tiegħi sabiex infakkru lil dawk il-Karkariżi li mietu jaħdmu n-nar sabiex iferħu lil ħaddieħor,” kiteb Onor. Zammit Lewis.
Vincent Galea, Sunny Borg, Carmel Farrugia, Paul Bonnici, Richard Cardona – ma ninsewkom qatt.
Facebook/Santa Liena u Birkirkara