“Il-Mulej Għoġbu Jislifni Sena Oħra Illum … Għalaqt 71 Sena” – Twanny Scerri

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-preżentatur Twanny Scerri qasam kelmtejn fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu hekk kif illum qed jiċċelebra l-71 sena tiegħu.

Hu qal, “L-Għid it-Tajjeb lil kulħadd! Il-Mulej għoġbu jislifni sena oħra illum! Għalaqt 71 sena! Kull ġurnata li ngħixu hija mislufa lilna! Mela fejn nistgħu nagħmlu l-ġid! Grazzi lill-ġenituri u l-familja. 45 sena minn dawn is-snin qattajthom radju, TV, kantanti, kunċerti u kuntatt mal-pubbliku. Grazzi s-semmiegħa tal-apprezzament.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu jum mill-isbaħ u nittamaw li jkun eżatt kif jixtiequ hu!







Ritratti:

Facebook/Twanny Scerri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI