Il-Multa Għal Min Jarmi Barra Addoċċ Tiħrax Hekk Kif Tiżdied B'150% – Taħseb li Biżżejjed?

Hekk kif l-abbuż minn ċertu persuni fuq l-ambjent qed dejjem jiżdied, il-multi kellhom jiżdiedu u jiħraxu. Fuq is-sit Times of Malta Mark Laurence Zammit tkellem ma’ xi membri mill-LESA dwar iż-żieda fil-multi għal min jinqabad jarmi barra addoċċ.

Din is-sena n-numru ta’ kontravenzjonijiet żdied għal aktar mid-doppju ta’ dak milħuq fl-2020. Iċ-ċifra laħqet 3,576, filwaqt li kienet 1,439 matul is-sena li għaddiet – żieda ta’ 148 fil-mija.

L-awtorità li toħroġ il-multi, LESA, qalet mas-sit li l-penali kollha kienu relatati ma’ rimi, “li jista’ jvarja minn rimi illegali sa li tarmi karti tal-plastik fuq il-bankina ”. Huwa qal li l-multi huma ġeneralment madwar €150, li jistgħu jitilgħu għal € 500 fil-każ ta’ reat ripetut. Multa ta ‘€500 tapplika wkoll għal reat għall-ewwel darba jekk iseħħ f’żona ta’ profil għoli, bħal sit storiku.

Taħsbu li fadal x’jiħraxu aktar il-multi?

Facebook/ The Cast-Out Project Gozo & Malta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI