"Il-Mumenti Sbieħ Li Kellna Jibqgħu L-Isbaħ Rikordju Tiegħek" – Toni Busuttil Lill-Attriċi Sarah Camilleri

L-attur u l-komiku Toni Busuttil ħalla messaġġ ħelu lill-attriċi Sarah Camilleri fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu fejn ittaggja wkoll lill-attriċi lokali. Hu kiteb, “Ilna ftit ma niltaqgħu, biss il-mumenti sbieħ li kellna jibqgħu l-isbah rikordju tiegħek. Forsi minn jarak bħala attriċi, ma jafx kemm int persuna speċjali.”





Toni Busuttil ikompli l-messaġġ tiegħu fejn jgħidilha, “Grazzi tal-ħbiberija sinċiera tiegħek, u apparti li nawguralek f’għeluq sninek, nawgura li jkollok ħafna aktar jiem speċjali fil-futur. Ħobbok Sarah Camilleri.”

Aħna ta’ Gwida.mt, ningħaqdu ma’ Toni Busuttil u dawk kollha li llum qed jawguraw lil Sarah Camilleri f’dan il-jum speċjali. Nittamaw li jkollha sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha.

Facebook / Sarah Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI