Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Georg Ratzinger, li jiġu l-Papa Emeritu. Hu miet dallgħodu fl-età ta’ 96 sena. Huwa kien iddaħħal l-isptar f’Regensburg, il-belt fejn għex l-akbar parti mill-ħajja twila tiegħu. B’mewtu, Joseph Ratzinger – li kien xtaq jagħmel il-vjaġġ bl-ajruplan biex jara lil ħuh qabel ma jmut – jibqa’ l-uniku membru tal-familja li għadu ħaj.
Iż-żewġ aħwa – wieħed mużiċist u kap ta’ kor famuż u l-ieħor l-ewwel teologu u mbagħad sar isqof, sar kardinal, u finalment Papa – ġew ordnati flimkien fl-istess jum, u kienu dejjem qrib xulxin minn ċkuniethom. Tant hu hekk, li meta kienu żgħar iż-żewġ aħwa kienu wkoll abbatini flimkien.