Il-Papa Jżid L-Għajnuna F’Mediċina, Ikel U Generators Lill-Familji Ukreni Li Qed Ibatu Minħabba L-Gwerra

Hekk kif it-tbatija għal diversi familji Ukreni qed tissokta tiżdied fl-isfond tal-gwerra li tinsab għaddejja bħalissa fil-pajjiż, il-Vatikan fuq ordni tal-Papa Ljun XIV innifsu żied b’mod sostanzjali l-għajnuna umanitarja li qed tinkludi mediċini, ikel u saħansitra generators.

Kelliem tal-Vatikan sostna li l-ogħti ta’ din l-għajnuna umanitarja turi li l-Papa Ljun XIV huwa konxju tat-tbatija li jinsabu għaddejjin minnha diversi familji Ukreni. Sostna li b’din l-għajnuna l-Knisja Kattolika qed tkompli tiżgura li l-ħidma tagħha dejjem iddur madwar dawk l-iżjed emarġinati fis-soċjetà.







Ritratti:

Instagram / Pope Leo XIV u X / The Ukrainian Review

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI