Dr Nicholas Briffa qasam ritratt meħud waqt l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa, fejn il-Papa Ljun jiltaqa’ ma’ persuna nieqsa mis-smigħ. Hi tidher tant ferħana wara li hu kkomunika magħha b’tali mod.
“Qasam mument partikolari u teneru ma’ mara nieqsa mid-dawl. Papa Ljun, b’mod ġentili, mexxa jdejha lejn wiċċu biex setgħet ‘tarah’ permezz tal-mess. L-ebda diskors. L-ebda spjegazzjoni. L-ebda elaborazzjoni.”
Dr Nicholas isemmi li l-mess huwa lingwa li l-bnedmin jifhmu qabel jitgħallmu l-kliem. “L-ewwel ħaġa li jifhmu t-trabi huwa l-mess. Huwa l-ewwel mod kif nitgħallmu x’inhi s-sigurtà, il-kumdità (psiko-sensorjali) u l-konnessjoni.”
X’mument sabiħ u x’ferħ qiegħda tħoss it-tfajla hekk kif indunat li ltaqgħet mal-Papa.