“Il-Parroċċa Llum Tfakkar Il-136 Anniversarju Mill-Ftuħ U Tberik Tal-Knisja Ż-Żgħira” – Parroċċa San Sebastjan

Illum huwa proprju il-136 anniversarju mill-ftuħ u tberik tal-Knisja ż-Żgħira, l-ewwel knisja Parrokkjali f’Ħal Qormi. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Sebastjan tkellmu dwar dan.

Bdew billi qalu, “Il-Parroċċa llum tfakkar il-136 anniversarju mill-ftuħ u tberik tal-Knisja ż-Żgħira, l-ewwel knisja Parrokkjali tal-komunità tagħna, minn Mons. Ġużeppi Mercieca, dak iż-żmien Vigarju Ġenerali, għan-nom tal-Isqof Mons. Pietro Pace.”

Żiedu wkoll, “Bit-tberik tagħha, il-Knisja ż-Żgħira saret dar tal-laqgħa spiritwali fejn in-nies tal-inħawi bdew jinqdew b’mod regolari bis-servizzi tal-quddies, tal-qrar, tat-tqarbin u tat-tagħlim tal-katekiżmu. F’dan il-jum nitolbu lil Ġesù moħbi fis-Sagrament tal-Ewkaristija sabiex minn din il-knisja tkompli titferrex fuq il-komunità tagħna xita ta’ grazzji, imħabba u paċi kuljum.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI