Il-Parteċipanti Ta' Love Island Malta Se Jkunu Jistgħu Jivvutaw Fl-Elezzjoni Ta' 8 Ta' Ġunju?

Minn nhar il-Ħadd li ġej jibda Love Island Malta u b’hekk l-istennija issa hija kbira. Ilbieraħ tħabbru l-parteċipanti ta’ dan il-programm. Mistoqsija li qajmu diversi segwaċi ta’ Gwida u ta’ Love Island Malta kienet, jekk dawn hux se jitħallew joħorġu biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju li ġej.





Ben Camille, wieħed mill-produtturi ta’ Love Island Malta, waqt intervista li għamel ilbieraħ ma’ David Grech Urpani minn Lovin’ Malta qal li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet sabiex il-parteċipanti ta’ Love Island Malta jitħallew joħorġu biex jivvutaw. Ben stqarr li l-format tal-programm ma jippermettix li l-parteċipanti joħorġu mill-villa, iżda qed jittama li huma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet li ġejjin.

Hu stqarr li l-parteċipanti jixtiequ jivvutaw u b’hekk hu flimkien mat-tim tal-produzzjoni qed jaħdmu biex din tkun tista’ sseħħ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI