“Il-Passjoni Qsamtha Mal-Istudenti, Imma Dan Qatt Ma Fisser Li X-Xewqa Li Noħroġ Materjal Ġdid Fil-Qasam Tieghi Kienet Spiċċat” – Maria Luana

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-artista Maria Luana qasmet kelmtejn mas-segwaċi tagħha rigward materjal li beħsiebha toħroġ ‘il quddiem. Lil Maria Luana nafuha bħala attriċi, kantanta ma’ band, kif ukoll għalliema tal-kant. Apparti dawn, ser tkun ukoll qed toħroġ materjal ġdid fil-qasam tagħha.

Bdiet billi qalet, “Kulħadd jaf il-passjoni kbira li għandi lejn il-mużika. Il-ġeneru tiegħi ġej mir-rock, u għalhekk nimmissja ħafna ż-żmien meta kont nagħti prestazzjonijiet differenti mal-band tiegħi.”

Kompliet billi żiedet tgħid, “Għalkemm ilni ftit wieqfa mill-palk, il-passjoni tiegħi qatt ma naqset anzi, kompliet tikber. Din il-passjoni qsamtha mal-istudenti, imma dan qatt ma fisser li x-xewqa li noħroġ materjal ġdid fil-qasam tieghi kienet spiċċat. Illum nista’ ngħid li wasal iż-żmien li naqsam magħkom materjal ġdid. Qed nahdem xi ħaġa fil qasam li tant inħobb.”







Ritratti:

Facebook/Maria Luana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI