Il-PBS Jiċċara Li Ma Kien Hemm L-Ebda Żbalji Tekniċi Min-Naħa Tal-Produzzjoni Fil-Prestazzjoni Ta’ Rhiannon Micallef

Fi stqarrija li għadha kif ħarġet ftit minuti ilu, l-PBS saħaq li matul il-prestazzjoni tal-kantanta Rhiannon Micallef ma kien hemm l-ebda żball tekniku min-naħa tal-produzzjoni u sostna li għaldaqstant m’hemmx ġustifikazzjoni valida sabiex terġa’ ssir il-prestazzjoni.

Dan wara li l-kantanta esprimiet fuq il-midja soċjali d-diżappunt tagħha fuq il-prestazzjoni tal-bieraħ u sostniet li kien hemm xi diffikultajiet tekniċi li xekklulha l-prestazzjoni tagħha.



Min-naħa tagħhom il-PBS spjegaw li matul dawn l-aħħar sigħat flimkien mal-kantanta u t-tim tagħha ġiet miflija b’reqqa l-prestazzjoni tal-bieraħ u kien proprju għalhekk li waslu għal din il-konklużjoni.



Tistgħu tidħlu HAWN sabiex taraw l-istqarrija tal-PBS.



Ritratti:

Facebook / Malta Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI