Id-Direttur Ġeneral tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Tedros Adhanom tkellem ilbieraħ u għadda rimarki li juru li l-isforz global qed jaħdem.
Hu qal, “In-numru ta’ każijiet irrappurtati ta’ Covid-19 globalment issa naqas għall-ħames ġimgħa konsekuttiva. Il-ġimgħa li għaddiet rat l-inqas numru ta’ każijiet irrappurtati fil-ġimgħa minn Ottubru.”
Kompla jispjega, “S’issa din is-sena, in-numru ta’ każijiet irrappurtati fil-ġimgħa naqas bi kważi n-nofs, minn aktar minn 5 miljun każ fil-ġimgħa tal-4 ta’ Jannar għal 2.6 miljun każ fil-ġimgħa li bdiet fit-8 ta’ Frar – dan f’ħames ġimgħat biss. Dan juri li miżuri sempliċi ta’ saħħa pubblika jaħdmu, anke fil-preżenza ta’ varjanti.”
Hu qal ukoll, “L-importanti issa huwa kif nirreaġixxu għal din it-tendenza. In-nar mhux mitfi, imma naqqasna d-daqs tiegħu. Jekk nieqfu niġġielduha fuq xi faċċata, din se tidwi lura. Kuljum b’inqas infezzjonijiet ifisser ħajjiet salvati, tbatija evitata, u l-piż fuq is-sistemi tas-saħħa naqas ftit.”
Il-ġlieda tagħna tkompli iżda jidher ċar li l-isforz li qed issir madwar id-dinja qed jaħdem.