Il-BBC għadu kif irrapporta li l-plejer Mohamed Salah ittestja pożittiv għall-coronavirus waqt li kien fuq xogħol internazzjonali mal-Eġittu.
Il-Federazzjoni Eġizzjana tal-Futbol qalet nhar il-Ġimgħa li Salah ta’ 28 sena rriżulta pożittiv iżda mhu qed juri l-ebda sintomi. Huma żiedu li l-membri l-oħra tat-tim kienu rriżultaw fin-negattiv.
Salah issa se jiżola lilu nnifsu u hemm ċans li jitlef iż-żewġ logħbiet li ġejjin ta’ Liverpool. Salah lagħab it-tmien logħbiet kollha tal-Premier League ta’ Liverpool f’dan l-istaġun, u skorja tmien gowls.
Nawgurawlu fejqan ta’ malajr!