Wara aktar minn 25 sena, il-preżentatriċi Antonella Galea Lofferda ħabbret fuq Facebook li wasal it-tmiem tal-karriera tagħha fil-bank; xogħol li bih għenet bosta klijenti f’kull ma kellhom bżonn.
Antonella kienet ilha taqdi l-irwol tagħha bl-aqwa mod propju mill-1994. “Ħaġa li żgur ħa nħoss in-nuqqas tagħha hi li nassisti lill-klijenti fil-bżonnijiet tagħhom”. Issa tinsab lesta għal aktar esperjenzi ġodda: “Issa wasal iż-żmien li nibda paġna ġdida… ħerqana ħafna għall-isfidi ġodda li ser ikolli”.
Aħna ninsabu ċerti li f’din il-karriera prezzjuża qdiet dmirha perfettament kif fil-fatt tagħmel meta narawha fl-irwol ta’ preżentatriċi. Nawgurawlha aktar suċċessi!
Facebook/ Antonella Galea Loffreda