Il-preżentatur maħbub mas-semmiegħa ta’ One Radio, Joe Tanti llum jiċċelebra l-5 snin anniversarju miż-żwieġ tiegħu ma’ Michelle Tanti. Proprju fit-3 ta’ Lulju, 2015 żżewġu. Joe kiteb fuq il-profil tiegħu, “Aħna 5 llum. 5 snin nqabillhom ma’ taqbila tat-tfal”.
It-taqbila jismha ‘The Grand Old Duke Of York Lullaby’. Taqbila ħelwa għat-tfal żgħar biex jorqdu li tgħid xi ħaġa hekk.
“And when they were up they were up
And when they were down they were down”
Joe Tanti jagħlaq bil-kliem, “Għandi dak li hu tiegħi, dak li hu tiegħek u dak li hu tagħna. Dak li hu tagħna hu l-aktar b’saħħtu li għandna”. Awguri Joe u Michelle f’din il-ġurnata sabiħa.