"Il-Preżenza Tagħha Tferraħ Lil Dawk Ta’ Madwarha B'Mod Naturali." – Justin Brincat Dwar Il-Preżentatriċi Tal-KKI 2025, Eileen Montesin

Ilbieraħ waqt il-KKI 2025 rajna preżentazzjoni eċċellenti u professjonali bħal dejjem mill-preżentaturi Eileen Montesin, Christine Haber u Dylon Brignone. Justin Brincat, li ħa ħsieb l-irtokk, jitkellem dwar in-natural sabiħ ta' Eileen Montesin.

"Pjaċir assolut li naħdem mal-attriċi u preżentatriċi veterana Eileene Montesin, li l-karriera twila tagħha ġabet magħha mħabba, spirtu, u ferħ lill-udjenzi f’Malta u Għawdex! Il-preżenza tagħha tferraħ lil dawk ta’ madwarha b'mod naturali."

Jesprimi l-ammirazzjoni tiegħu anke lejn Christine Haber li bħal ommha Eileen, kontinwament tibrilla fix-xena tal-ispettaklu. "Kien daqstant speċjali li ħloqt dehra għal bintha b'talent kbir u ħabrieka, Christine Haber."

Prosit ta' veru! Nies tassew professjonali Justin,  Eileen, Christine u Dylon!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI