Il-President Ta' Malta Fi Kwarantina – X'Ġara?

Il-President qed jiżola lilu nnifsu wara li l-membru tal-istaff tiegħu ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Tajjeb li ngħidu li l-President George Vella u martu Miriam ħarġu negattiv għall-virus wara li għamlu t-test sabiex ikunu ċerti.

L-uffiċċju tal-President qal li l-każ pożittiv ġie magħruf waqt test ta’ swab ta’ rutina. Il-President u l-mara se jiżolaw lilhom infushom għal ġimgħa “bħala miżura ta’ prekawzjoni.”

Minħabba dan il-fatt l-impenji kollha skedati għall-ġimgħa d-dieħla ġew ikkanċellati. Aktar kmieni llum tħabbru mitt każ ġdid tal-Coronavirus f’pajjiżna, u b’hekk in-numru totali ta’ każijiet attivi tal-pajjiż laħaq livell rekord ta’ 703.

Facebook / George Vella







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI