Il-preżentatriċi lokali Leontine Spiteri, li flimkien ma’ Debbie Scerri u Marisa D’Amato tippreżenta l-programm Kumplimenti, din il-ġimgħa kellha esperjenza differenti minn tas-soltu.
Dan għaliex ingħaqad magħha binha Dean. Fuq Facebook qasmet xi ritratti li ttieħdu waqt il-programm u kitbet “Esperjenza sabiħa li qsamt dil-ġimgħa ma’ ibni Dean fuq il-programm Kumplimenti.”
Kienu bosta li fil-kummenti qalulha kemm hu kunfidenti binha u kemm jinqala’ għal quddiem il-kamera!
Dan żgur li se jibqa’ mument għal qalb Leontine, fejn l-imħabba bejn l-omm u binha mhux biss apprezzawha huma nfushom imma anke t-telespetatturi!