Il-Preżentatrici Valerie Vella Tirritorna Bi Programm Ġdid Minn Lulju Li Ġej

Jidher li minn Lulju li ġej ser inkunu qed nerġgħu naraw lil preżentatriċi li għal ċertu żmien konna narawha ħafna f’bosta avvenimenti. Hi kellha l-opporunità li anke tipreżenta l-Malta Eurovision fil-passat.

Din mhi ħadd ħlief Valerie Vella. Valeria ħa tkun qed terġa’ lura bi programm ġdid bl-isem ta’ Vale fl-1 ta’ Lulju. Fatt kurjuż huwa li l-isem Vale inħoloq minn parti minn isimha stess. F’din il-produzzjoni Valerie ser tkun qed tgħaqqad żewġ passjonijiet minn tagħha; l-ambjent u dak ollu favur is-sostenibbiltà. 

Kull nhar ta’ Erbgħa fl-4pm fuq Net TV, il-preżentatriċi ser tkun qed turi fl-irkejjen tagħha l-fatt li kull ħaġa eżistenti fuq il-pjaneta tagħna għandha l-valur tagħha. Sintendi kull ma jissemma se jkun b’xi mod u manjiera relatat ma’ dak kollu li huwa ta’ valur għall-ambjent. Hi ħabret ftit ilu fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.



gf 



Tinsabu ħerqana biex tibdew issegwu dak li ser tkun qiegħda toffri Valerie?

Facebook/ Valerie Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI