Il-Prim Ministru Robert Abela Jiltaqa' Mal-Papa U Giorga Mae Kellha Rigal Speċjali Għalih!

Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia Abela u t-tifla tagħhom Giorga Mae, dalgħodu kellhom ix-xorti li jiltaqgħu mal-Papa Franġisku.

Il-Prim Ministru kiteb, “Dalgħodu, flimkien mal-familja, iltqajt mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Tkellimna dwar diversi temi fosthom l-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima. Iddiskutejna wkoll iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu f’Malta, li se ssir fl-ewwel kwart tas-sena li ġejja.”

Hu kompla jgħid, “Fost ir-rigali uffiċjali li ġew skambjati, kien hemm wieħed speċjali mingħand Giorgia Mae li tat lill-Papa kartolina ffirmata minn uħud mill-istudenti li jattendu l-iskola magħha. Kelli wkoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat il-Kardinal Pietro Parolin.”

Ninsabu ħerqana li nilqgħu lill-Papa f’pajjiżna.





Facebook / Robert Abela



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI