Il-Prinċep Philip Ta’ 99 Sena Ddaħħal L-Isptar Wara Li Ħassu Ma Jiflaħx – X'Qed Jgħidu?

Il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar li l-Prinċep Philip iddaħħal l-isptar bħala “miżura ta’ prekawzjoni,” wara li ħassu ma jiflaħx.

View this post on Instagram

A post shared by DNARoyals (@dnaroyals)

“Id-Duka ta’ Edinburgh iddaħħal fl-Isptar King Edward VII f’Londra, it-Tlieta filgħaxija,” qal kelliem tal-palazz fi stqarrija kif irrappurtat minn Insider. “L-ammissjoni tad-Duka hija miżura ta’ prekawzjoni, fuq il-parir tat-Tabib tal-Eċċelenza Tiegħu, wara li ħassu ma jiflaħx.”

“Id-Duka mistenni jibqa’ l-isptar għal ftit jiem ta’ osservazzjoni u mistrieħ,” intqal fl-istqarrija. Skont il-korrispondent rjali Victoria Murphy, id-Duka ta’ 99 sena vjaġġa bil-karozza lejn l-isptar. “Huwa daħal l-isptar mingħajr għajnuna u l-marda mhix relatata mal-Covid. Ir-Reġina tibqa’ f’Windsor,” qalet hi fi tweet.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI