B’referenza għall-Istqarrija għall-Istampa PR260010 ppubblikata fis-6 ta’ Jannar 2026 u PR260013 ppubblikata fis-7 ta’ Jannar 2026 u skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista’ jkun fih traċċi ta’ ‘cereulide toxin’.
Il-possibilità tal-preżenza ta’ ‘cereulide’ (tossina) tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.
‘Cereulide’ hija tossina prodotta minn tipi ta’ ‘Bacillus cereus’. ‘Cereulide’ hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x’aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta’ ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi.
Jekk tiġi kkunsmata, tista’ twassal malajr għal sintomi ta’ avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq.

Deskrizzjoni tal- prodott: NAN Optipro 1
Ditta: Nestle
Użin: 800g
Lot: 51560346AE
Data tad-durabbiltà: 06-2027
Il-konsumat ur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-07:30 sas-14:30 jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt
