Iċ-Chief James Newell kien ilu 30 sena jagħti servizz fil-Police Fire Brigade u fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Issa waslet il-ġurnata sabiex hu jirtira u l-Protezzjoni Ċivili kitbu messaġġ ta’ ringrazzjament lilu u tawh ukoll tifkira biex jirringrazzjawh tas-servizz li ta u awgurawlu għall-futur wara li irtira.
Bosta nies fis-sezzjoni tal-kummenti wkoll awguraw lil James. “Grazzi tax-xogħol professjonali tiegħek. Kien privileġġ u ta’ unur li ħdimt taħt il-kmand tiegħi. Inselli għalik u l’ maħbubin tiegħek”, kien wieħed mill-kummenti.