Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-18:00 bdiet it-tfittxija għal tifla ta’ 13-il sena li sfortunatament ġarra l-mewġ minħabba r-riħ qawwi li għamel.
Ħuha ta’ 14-il sena nstab filgħaxija, iżda t-tfittxija għat-tifla għadha għaddejja. Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta jappellaw lill-pubbliku biex joqgħod ‘il bogħod miż-żona tal-inċident.
“L-ekwipaġġi tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta mill-Istazzjonijiet tat-Tifi tan-Nar 1, 3, 5 u 8, flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, u d-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, bħalissa jinsabu involuti f’operazzjoni ta’ tfittix u salvataġġ għal tifla ta’ 13-il sena li ġiet irrappurtata nieqsa f’Paradise Bay ilbieraħ għall-ħabta tas-18:00. L-isforzi ta’ tfittix għadhom għaddejjin. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jibqa’ ’l bogħod miż-żona biex is-servizzi tal-emerġenza jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom b’mod effettiv.”
Nistennew aktar aġġornamenti dwar dan il-każ. Inżommu fi ħsibijietna lit-tifla u lill-familjari tagħha.