“Il-Pubbliku Huwa Mħeġġeġ Jieħu Iżjed Prekawzjoni” – Mil-Lejla R-Riħ Mistenni Jissaħħaħ

Riħ qawwi

Twissija safra ġiet imħabbar mill-paġna tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif skont it-tbassir tat-temp, il-kundizzjonijiet mistennija jmorru għall-agħar matul is-sigħat bikrin tat-Tnejn.

Dan japplika b’mod partikolari bejn is-01.00 ta’ filgħodu u l-04.00 ta’ filgħodu, meta r-riħ mistenni jissaħħaħ u jilħaq Forza 7.

Jidher li huwa previst baħar imqalleb kif ukoll xita ħafifa. “Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jieħu iżjed prekawzjoni, b’mod speċjali matul is-sigħat ta’ filgħodu u tul il-ġurnata. Huwa rakkomandat li jiġu assigurati oġġetti li jinsabu barra, li jiġi evitat xogħol f’postijiet għoljin bħal soqfa, gallariji u skaffolding, u li wieħed jibqa’ attent għal bidliet fit-temp.”

Importanti li nibqgħu nsegwu l-istruzzjonijiet u l-avviżi li jitħabbru uffiċjalment. In-numru ta’ emerġenza 112 jibqa’ disponibbli, iżda għandu jintuża b’responsabbiltà.







Ritratti:

Facebook/ Maltese Islands Weather / Pav Ellul Images

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI