Ilbieraħ grupp żgħażagħ kienu għaddejin u bdew jitfgħu l-bajd fuq waħda mara F’ta Sliema. Din malajr ċemplet il-pulizija u sadanitant dan il-grupp ħarbu minn fuq il-post.
Fi triq kienet għaddej grupp ieħor u t-tifla tas-Sur John Debono. John jirrakonta, “It-tifla tiegħi lbieraħ kienet għaddeja mal-ħbieb tagħha, kien hemm grupp li bdew jitfgħu l-bajd. Dan mhux sew u nikkundana dan l-aġir. Din il-mara ċemplet lill-puliżija u dawn ħarbu minn fuq il-post. Sakemm ġew il-pulizija din ippuntat lejn it-tifla u bdiet tgħajjat li hi kienet ser teħħel b’kollox” jgħid dan il-missier.
Din it-tfajla inzertat fil-post u l-ħin il-ħażin, iżda dlonk ġew il-pulizija. Il-missier jirrakonta, “F’daqqa waħda jiġu żewġ units tal-pulizija u sakruha ġo rokkna qishom qabdu lil xi ħadd kbir. Ħarġu mill-karozzi u bdew jgħajtu magħha bi kliem oxxen” jallega dan il-missier.
John Debono, missier it-tfajla jgħid kif il-pulizija ċċirkondaw lit-tfajla u qalulha biex tikxef lill-grupp li waddbu l-bajd. “Dan l-aġir mhux ser naċċettaħ, naħseb hawn iktar affarijiet serji x’jista’ jieħdu ħsieb. Qatt ma kont nemmen li dan hu l-aġir li għandhom iġibu ruħhom il-pulizija ma’ tfajla ta’ sittax-il sena. Li kieku kelmuha bl-edukazzjoni kienet tgħidilhom eżatt x’ġara” jgħid il-missier.
Il-missier kiteb ittra lis-Sur Sandro Camilleri fejn qal, “Napprezza ix-xogħol li tagħmlu. għamilt ħajti fis-servizz u naf li d-dixxiplina mhux faċli” imma jistaqsi, “Din is-serjeta tal-Pulizija li tagħmel l-arja u titkellem oxxen ma’ tfajla ta’ sittax-il sena?”
Aġġornat 19:56:
Is-Sur Sandro Camilleri, ċempel lis-Sur John Debono (missier it-tfajla). “B’responsabiltà kbira qalli li ħa jieħu azzjoni mill-ewwel minnufih rigward il-każ tat-tifla tiegħi u li ma jitollerax kliem oxxen!”. John Sebono irringrazzjah mill-ewwel tal-professjonalità li wera u jgħidilna li m’għandux jeħel il-korp kollu għan-nuqqas ta’ ħaddieħor.
Proset Sur Camilleri!