The Malta Police Force ħabbret, “Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija wettqet spezzjonijiet fl-inħawi ta’ Ta’ Qali b’rabta ma’ rapporti ta’ sewqan perikoluż u tlielaq illegali.”
Twaqqfu żewġ vetturi li kienu qed jinstaqu b’veloċità eċċessiva, u li bdew itellqu. Twaqqfu tliet vetturi oħra fi Triq id-Durumblat il-Mosta, li kienu qed jinstaqu b’veloċità eċċessiva.
Is-sewwieqa kollha ġew identifikati u infurmati li se jitressqu l-akkużi kontrihom.
“Il-Pulizija tfakkar li s-sewqan perikoluż u t-tlielaq fit-toroq jipperikolaw il-ħajja u se tibqa’ tieħu azzjoni kontra min ipoġġi lil ħaddieħor f’riskju.”
Nirringrazzjawhom tal-ħidma!