Kif tafu, illum ma kinitx ġurnata skolastika eżatt bħall-oħrajn, minħabba t-temp estrem li wassal biex, jekk hemm bżonn, l-istudenti ma jattendux l-iskola fiżikament. Dan kollu għas-sigurtà tagħhom stess.
F’ħafna skejjel inħass in-nuqqas sostanzjali ta’ studenti, fosthom f’Sir Arturo Mercieca Primary School Victoria – The Happy School f’Għawdex. Is-surmast maħbub Lelio Spiteri qasam filmat mill-iskola aktar kmieni.
“Il-qanpiena daqqet xorta fis-07.55 ta’ filgħodu. Instemgħet sew minkejja l-qawwa tar-riħ. Tfal mhux daqs is-soltu, imma xorta ħerqana, daħlu jiġru fis-sala tal-iskola għall-assemblea ta’ filgħodu.”
Jalla kollox jerġa’ għan-normal malajr kemm jista’ jkun!
Facebook/ Lelio Spiteri