Il-Qattusa Ċkejkna Arla Qed Tfittex Dar Mimlija Mħabba – Animal Welfare Gozo

Arla, qattusa ċkejkna qed tfittex dar ġdida u forsi tista’ tkun tiegħek.  Arla, hija ferħ ta’ qattus ta’ madwar sitt xhur li bħalissa qed jieħdu ħsiebha l-Animal Welfare Gozo.

Arla għadha kif ġiet imsewwija u issa tinsab lesta biex issib familja li tkun tista’ tieħu ħsiebha u tagħtiha dar għal dejjem. Arla hija qattusa mimlija enerġija u kurżità. Tħobb tilgħab, tesplora u tkun madwar in-nies. Fl-istess ħin, diġà qed turi karattru ħelu u soċjevoli u  li jagħmilha diffiċli biex ma taqax għall-imħabba tagħha.



Bħal ħafna qtates żgħar, Arla għandha personalità mimlija ħajja u żgur li tista’ ġġib ferħ u kumpanija fid-dar ta’ min jagħżel li jadottaha.



Jekk tixtieq tagħti lil Arla dar mimlija mħabba, tista’ tikkuntattja lill-Animal Welfare Gozo għal aktar informazzjoni dwar l-adozzjoni tagħha. Jekk tistgħu xandru dan il-messaġġ sabiex tgħinu lil Arla ssib il-familja tagħha.



Ritratti:

Facebook/ Animal Welfare Gozo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI