Il-UPE Voice of the workers qed tappella lill-Gvern biex tagħlaq l-iskejjel b’mod immedjat. Dawn wara li kien hemm żieda fil-każijiet pożittivi tal-Covid-19. Il-Union qalet li ġiet infurmata b’każ ta’ edukator li nstabet pożittiva għall-virus mix-xogħol. L-edukattur ħadet il-virus lill-ġenituri vulnerabbli tagħha li għandhom ‘l fuq minn 80 sena.
Bħalissa dawn qed isostnu li hemm numru kbir ta’ għalliema fi kwarantina jew b’sick leave. Sitwazzjoni fejn qed jitfgħu pressjoni u stress kbir fuq l-edukaturi li għadhom qed qed jidħlu xogħol. Għalhekk l-UPE Voice of Workers qed issostni mal-gvern li t-tgħallim għandu jkun online ħalli jitwaqqaf il-firxa tal-virus fl-iskejjel.