Fid-19 ta’ Novembru ta’ kull sena, d-dinja tiċċelebra lil dawk l-irġiel li jġibu valuri pożittivi fid-dinja, l-familji, u l-komunitajiet. Din is-sena, l-għan tal-voluntiera intenrazzjonali li jieħdu ħsieb jorganizzaw avvenimenti biex jiċċelebraw din il-ġurnata, għażlet it-tema ta’ ‘Zero Male Suicide’, biex tqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett.
Matul iż-żmien din il-ġurnata ġiet iċċelebrata permezz ta’ konferenzi, festivals, ġbir ta’ flus għal karitajiet, attivitajiet fl-iskejje, fost ħafna oħrajn. Iżda biex turi l-apprezzament lejn l-irġiel li għandhom impatt pożittiv fuqek, xi ħaġa sempliċi tiġi apprezzata ukoll.