“Il-Vaċċin Hemm Ċans Li Jkollna Nieħduh Kull Sena Għal 10 Snin Sħaħ” – NHS

L-akbar soluzzjoni sabiex ngħixu ħajjitna normali u biex jonqsu l-infezzjonijiet tal-Covid-19 jidher li huwa l-vaċċin.

Chris Hopson, il-kap tal-NHS Providers, waqt li kien qed jiġi intervistat qal li hemm il-probbabilità li l-vaċċin ikollna nieħduh kull sena u għall-perjodu ta’ xi għaxar snin. Hu appella lill-gvernijiet sabiex jagħmlu pjanijiet għall-kampanji dwar il-booster tal-vaċċin.

Dan għadu mhux 100 fil-100 kkonfermat li se jkollu jiġri hekk, imma bħalissa għaddejin diversi studji sabiex ikun hemm ċertezza dwar dan.

Il-Gvern Malti ordna l-booster tal-vaċċin għat-tliet snin li ġejjin u bħalissa f’Malta hawn mat-80% tal-popolazzjoni li hija mlaqqma b’minn tal-inqas l-ewwel doża.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI