Il-Vaċċin Tal-Covid-19 Donnu Jinsab Wara L-Bieb – Numru Ta' Kumpaniji Jinsabu Fl-Aħħar Stadju!

Fuq moħħ kulħadd bħalissa ċertament li hu l-virus tal-Covid-19, iżda kif ikollna vaċċin lest il-ħajja madwar id-dinja tibda tiġi lura għan-normal. Mhux xi ħaġa li ħa sseħħ mil-lum għall-għada iżda ċertament li kif jibda dan il-proċess nibdew nieħdu ftit ir-ruħ.

Il-ġurnalist lokali Brian Hansford qasam status li żgur li jagħmel kuraġġ lil ħafna u ħafna nies, jidher li l-vaċċin tassew jinsab wara l-bieb. L-aħbar it-tajba hi li mhux kumpanija waħda waslet għall-vaċċin ta’ suċċess iżda numru ta’ kumpaniji li lkoll waslu fl-aħħar stadju.

Brian kiteb, “Żewġ kumpaniji kbar fil-mediċina Moderna Inc u Pfizer huma ambizzjużi u qed jħarsu li jekk jingħataw l-awtorizazzjoni t’emerħenza għall-użu tal-vaċċin, jniedu rotta għat-tnedija sal-aħħar tas-sena 2020, esperti oħra jsostnu li bejn Marzu u April jkun tqassam lill-popolazzjoni.”

Hu jkompli jikteb, “Iċ-Ċina approvat il-vaċċin esperimentali tal-kumpanija BioNTech’s li jinsab fl-aħħar stadju ta’ prova fil-bniedem li qed isiru fl-Amerka.” Barra minn hekk Brian isemmi wkoll li “Il-Kumpanija Amerikana Moderna ħabbret li qed tipprepara għat-tnedija globali tal-Covid-19 vaċċin wara li fit-22 ta’ Ottubru għaddew minn Phase 3 fejn laqqmu ‘l fuq minn 30 elf persuna, minn evidenza il-vaċċin ħadem tajjeb fl-etajiet kollha u wera li bena immunità b’saħħitha fil-bniedem.”

Int lest biex tieħu l-vaċċin jew ħa tibqa’ lura ladarba tkun waslet ġewwa pajjiżna?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI