Il-Vapur T’Għawdex Lura Għan-Normal Wara Li Dalgħodu Kien Hemm Xi Dewmien Minħabba L-Baħar Imqalleb

Minkejja li ċ-ċiklun Harry wasal fi tmiemu madankollu t-temp xitwi xorta waħda jinsab fl-aqwa tiegħu f’pajjiżna tant li matul il-ġurnata llum is-servizz tal-vapur t’Għawdex kien iddominat minn xi dewmien ikkawżat mill-baħar imqalleb li xekkel lill-vapuri milli jagħmlu t-traġitti tagħhom fil-ħinijiet skedati.

Matul dawn l-aħħar ġranet is-servizz ta’ vjaġġar bejn Malta u Għawdex kellu jiġi saħansitra sospiż f’ċerti okkażjonijiet hekk kif it-temp aħrax tefa f’periklu s-sigurtà tal-passiġġieri.







Ritratti:

Facebook / Gozo Channel u Atelier Manuel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI