Il-Vatikan Ser Jaċċetta Li Jidħlu Dawk Il-Persuni Li Huma Vaċċinati – X'Taħseb Dwar Din Id-Deċiżjoni?

Fid-dawl tal-każijiet preżenti tal-Covid-19 madwar id-dinja ttieħdet deċiżjoni mill-Kummissjoni Pontifiċja fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan li mhux kulħadd jista’ jidħol. Jidher li mill-1 t’Ottubru skont stqarrija uffiċjali, dawk li għandhom ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19 jistgħu jidħlu fl-istat tal-belt.

Dan ifisser li min jixtieq li jidħol fl-istat tal-belt tal-Vatikan, issa se jkolli bżonn jitlaqqam, inkella mhux ser jitħalla.  Apparti minn dan skont l-istqarrija persuni bi green pass jew riżultat negattiv tal-Covid-19 jistgħu jidħlu fl-istat tal-belt. Din tgħodd għal dwar li joqogħdu fil-belt tal-Vatikan stess, kif ukoll dawk li jaħdmu fl-istat.

Il-Kummissjoni Pontifiċja fil-Vatikan jidher li ser tagħmel eċċezzjoni għal min imur biex jisma’ l-quddies. Taħseb li tagħmel sens din id-deċiżjoni?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI