Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta tkellmu dwar kif ilbieraħ waqt il-Vġili tal-Għid, 36 katekumenu saru membri tal-Knisja.
Qalu, “Ilbieraħ filgħaxija saret il-Vġili tal-Għid fil-Konkatridal tal-Belt Valletta u l-Katridal tal-Imdina li matulha, 36 katekumenu saru membri tal-Knisja. Fl-omelija l-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġiġhom, “Tibżgħux, intom qed tingħataw biex twasslu l-bxara t-tajba lid-dinja, bxara ta’ paċi, ferħ, ħniena u salvazzjoni.” L-Arċisqof ifakkarna li l-imħabba tirbaħ fuq il-biża’ bir-rebħa tal-Mulej fuq id-dnub tagħna.”
Żiedu, “L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ħeġġeġ lill-katekumeni jgħixu l-qawmien ta’ Ġesù billi jagħżlu “t-tama meta kollox jinħass mitluf, li nagħżlu l-maħfra meta hi iktar faċli li nibqgħu nġorru r-rabja, li nagħżlu l-imħabba anki meta tiswielna, li nagħżlu l-fidi anki meta ma nifhmux kollox. Il-Qawmien tistedinna ngħixu b’mod differenti: mhux bħala nies tal-qabar, imma bħala nies tad-dawl.”