Il-Vidjows Popolari Fuq TikTok Tal-Istokkjar Qed Jippromwovu Kultura Perikoluża

Diversi esperti javżaw u jwissu lin-nies dwar iil-popolarità li qed tiżdied tal-vidjows tal-istokkjar fuq TikTok. Dawn il-vidjows normalment jikkonsistu f’nies li jaħżnu l-friġġijiet tagħhom b’diversi prodotti. B’xi mod, dawn il-filmati saru l-ossessjoni ta’ ħafna iżda l-esperti jsostnu li dawn il-vidjows huma perikolużi.

Fuq diversi artikli online, esperti minn diversi oqsma bħall-immaniġġjar tal-iskart u s-saħħa, qasmu l-opinjonijiet tagħhom dwar dawn il-filmati. Normalment f’dawn il-vidjows, il-friġġijiet huma vojta, li jfisser li ma jkunx hemm fdalijiet jew prodotti oħra qabel ma jibda l-vidjow. Dan huwa tħassib ta’ inkoraġġiment tal-ħela tal-ikel minbarra li tagħti perċezzjoni falza tar-realtà.

Ħafna mill-prodotti f’dawn il-videos huma ħżiena għas-saħħa, u jħeġġu lin-nies jixtru dawn il-prodotti fi kwantitajiet kbar. Il-kwantità fil-fatt hija problema oħra peress li dawn il-filmati jagħtu l-impressjoni li l-friġġijiet jidhru sbieħ meta jkunu mimlija. Dan jikkontribwixxi għall-ewwel problema deskritta fil-qosor – ħela ta’ ikel.

Problema oħra li l-esperti qasmu t-tħassib tagħhom dwarha hija l-ħela tal-plastik li jippromwovu dawn il-vidjows peress li normalment min itella’ dawn il-vidjows juża kontenituri differenti minn dawk li jkunu fihom il-prodotti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI