Il-Visors Fir-Renju Unit Mhux Irrakkomandati Għall-Użu Fl-Iskejjel

Il-visors mhumiex irrakkomandati għall-użu fl-iskejjel, skont gwida aġġornata mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni fir-Renju Unit. Il-parir mogħti lill-iskejjel qal li joffru ftit protezzjoni mit-trasmissjoni tal-Covid-19 meta milbusa waħedhom.

L-istudenti u l-istaff kienu avżati biex jgħatti wiċċhom fil-kurituri tal-iskola u ż-żoni li juża kulħadd. Maskri għandhom jintlibsu wkoll fuq it-trasport tal-iskola u jridu jintlibsu fil-klassi, għalkemm xi studenti u staff huma eżenti milli jilbsuhom minħabba raġunijiet mediċi.

F’xi skejjel, il-viżieri tal-wiċċ kienu qed jintużaw bħala alternattiva għall-maskri tal-wiċċ. Iżda l-gwida l-ġdida tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni qalet li l-viżieri “ma joffrux l-istess protezzjoni bħal maskra li tgħatti l-imnieħer u l-ħalq.”

“Il-viżieri jipproteġu biss l-għajnejn u huma meħtieġa biss fejn hemm riskju ta’ titjir,” tgħid il-gwida mogħtija. “Għalhekk huma rakkomandati biss għal PPE bażiku meta jintlibsu b’maskra, fradal tal-plastik u ingwanti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI