It-tfulija ġġib magħha memorji sbieħ, u meta nħarsu lura nirrealizzaw kemm inbidlet il-ħajja minn dak iż-żmien sal-lum. Jeanesse Abela fetħet qalbha dwar din l-emozzjoni iżda spjegat ukoll li tinsab kburija b’dak kollu li rnexxielha tagħmel.
Hi spjegat, “Ilbieraħ filgħaxija kont qed naħseb waħdi u ftakart fi tfuliti ta’ meta kont immur l-iskola sekondarja. Kont nimxi dak iż-żmien u kont ninżel mill-vann u mmur fil-klassi waħdi. Dak kien żmien eh. Illum il-ġurnata nħares lura u ngħid kemm nimissjah dak iż-żmien għax illum spiċċajt fis-siġġu tar-roti u bilkemm nista’ nag]mel erba’ passi. Però ħajti ma waqfitx hemm u għamilt hafna affarijiet oħra li kienu ta’ sodisfazzjon kbir għalija. Qatt m’ghandna naqtgħu qalbna.”
Kuraġġ Jeanesse!
Facebook / Jeanesse Abela