Il-Membru Parlamentari sellem il-memorja taż-Zija Polly b’messaġġ li fih fakkar fl-impatt profond li ħalliet f’ħajtu u fil-valuri li għaddietlu tul is-snin.
Huwa ddeskriviha bħala mara li dejjem kienet tgħożż lill-familja u li ħalliet warajha biss memorji sbieħ, b’mod partikolari dawk tal-laqgħat tal-familja fis-sajf f’Buġibba wara l-festa ta’ San Gejtanu.
"Mara li kienet taf tieħu pjaċir, tgħożż lill-familja u li bis-sempliċitá ta' ħajja li għexet għallmet lili l-ewwel wieħed napprezza dak kollu li għandi u li ma ninsa qatt minn fejn inkun tlaqt."
Fil-messaġġ tiegħu, il-Membru Parlamentari semma wkoll is-sehem importanti li ż-Zija Polly kellha fil-vjaġġ politiku tiegħu. Qal li kienet waħda mill-akbar sostenituri tiegħu.
Huwa stqarr li t-telfa waslet għall-għarrieda, iżda enfasizza li l-memorji tagħha se jibqgħu miegħu għal dejjem.
"Ħu ħsieb liz-Ziju Anton, lil uliedek, ulied-uliedek, il-ħutek u l-kumplament tal-familja kollha. Kif dejjem kont ngħidlek; 'Bedzzjoni' u kont tweġibni lura, 'Inħobbok'."
Strieħ fis-sliem, Polly. Kondoljanzi Nigel u l-familjari kollha.