“Ilbieraħ Il-Knisja Fakkret Il-Jum Dinji Ta’ Talb U Għarfien Kontra T-Traffikar Tal-Bnedmin” – L-Arċidjoċesi Ta’ Malta

Traffikar tal-uman

Fuq il-paġna uffiċjali L-Arċidjoċesi ta’ Malta kitbu dwar il-Jum Dinji ta’ Talb u Għarfien kontra t-Traffikar tal-Bnedmin.

“Ilbieraħ il-Knisja fakkret il-Jum Dinji ta’ Talb u Għarfien kontra t-Traffikar tal-Bnedmin. L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, f’quddiesa ċelebrata għal din l-okkażjoni, saħaq li l-Knisja għandha twieġeb għal dan delitt gravi kontra l-umanità billi tkun ‘melħ u dawl’ – tirrifjuta li tħalli s-soċjetà taqa’ fl-indifferenza kif ukoll tikxef l-isfruttament anki f’sitwazzjonijiet skomdi.”

L-Arċidjoċesi tkompli, “‘Is-silenzju jipproteġi lill-traffikant. Id-dlam jaħbi l-abbuż. Imma d-dawl ta’ Kristu juri l-verità u jagħti lura d-dinjità.'” L-Isqof faħħar il-ħidma tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, is-Sorijiet tal-Bon Pastur, u dawk kollha involuti f’dan il-ministeru.”

L-isoqf ikompli billi jitlob l-interċessjoni ta’ Santa Ġużeppina Bakhita, patruna tal-vittmi tal-jasar. Fuq il-paġna ġew ippubblikati diversi ritratti minn din l-okkażjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI