“Ilbieraħ Intemmet L-Għaxar Ġimgħa Tar-Reklutaġġ Intake 261 … Din Timmarka T-Tmiem Tal-Ewwel Fażi Tat-Taħriġ, L-Aktar Waħda Intensiva” – Armed Forces Of Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Armed Forces of Malta (AFM) tkellmu mas-segwaċi tagħhom dwar Reklutaġġ Intake 261 li lbieraħ intemmet l-għaxar ġimgħa tiegħu.

Huma bdew billi qalu, “Ilbieraħ intemmet l-għaxar ġimgħa tar-Reklutaġġ Intake 261. Din timmarka t-tmiem tal-ewwel fażi tat-taħriġ, l-aktar waħda intensiva u ta’ sfida, fejn ir-rekluti ġew imħarrġa biex jibnu d-dixxiplina, r-reżiljenza u l-ispirtu ta’ tim meħtieġ biex iservu fil-Forzi Armati ta’ Malta.”

Żiedu wkoll jgħidu, “Min-nhar it-Tnejn, ir-reklutaġġ ikompli bil-fażijiet li jmiss tat-taħriġ hekk kif ir-rekluti jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet u l-għarfien tagħhom. Prosit lir-rekluti kollha!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI