“Ilbieraħ, It-Tifel Żagħżugħ Tiegħi Ġie Attakkat B’Mod Brutali” – L-MP Adrian Delia

Il-Membru Parlamentari Adrian Delia tkellem dwar suġġett serju mmens fuq il-paġna tiegħu.

Hu beda billi qal, “Wara esperjenza diffiċli matul tmiem il-ġimgħa, inħoss li għandi nitkellem, mhux biss bħala rappreżentant tal-politika iżda bħala ġenitur. Ilbieraħ, it-tifel żagħżugħ tiegħi ġie attakkat b’mod brutali minn żgħażagħ oħrajn fi spazju għall-familji fis-Sliema. Ġrajjiet bħal dawn ġew irrapurtati diversi drabi fuq tfal b’dan il-mod, speċjalment matul tmiem il-ġimgħa. Dan jipponta lejn problema ta’ vjolenza li qed tkompli tikber, u ma nistgħux ninjorawha.”

Kompla jikteb, “L-ebda ġenitur m’għandu jkollu għalfejn jinkwieta dwar is-sigurta` tat-tfal tiegħu b’dan il-mod fi spazji pubbliċi. Għall-grazzja t’Alla, it-tifel tiegħi qiegħed jirkupra, imma l-affarijiet setgħu spiċċaw b’mod differenti ħafna.”



Żied jgħid, “Nixtieq sinċerament nirringrazzja l-ħabib tiegħu li baqa’ miegħu u ċempel għall-għajnuna, u anke lill-istaff inkredibbli ta’ Mater dei, speċjalment Dr Alex, u l-uffiċjali tal-forza tal-pulizija ta’ Malta għall-professjonaliżmu tagħhom, u r-rispett għall-privatezza tal-familja tagħna. Dan mhuwiex dwar il-politika, dan huwa dwar is-sigurta`.”





Ritratti:

Facebook / Adrian Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI