“Ilbieraħ Kellna Naqra Xita Bil-Galbu, Naħseb Madwar Il-Gżejjer Kollha, Iżda Issa Għandna Jumejn Ċari U Sbieħ.” – Mid-Djarju Tat-Timba

Il-paġna lokali Mid-Djajru tat-Timba, tagħtina ftit aġġornament dwar dak li għandna nistennew mit-temp wara li lbieraħ kellna ftit xita matul l-għodwa ta’ filgħodu. Huma jikbtu, “Ħa jtina nifs qisu. Ilbieraħ kellna naqra xita bil-galbu, naħseb madwar il-gżejjer kollha, iżda issa għandna jumejn ċari u sbieħ. Għalkemm se jibqa’ riħ isfel, it-temp se jkun ftit aktar frisk.”



Dwar dak li għandna nistennew illum iżidu, “Illum se jkun ftit imsaħħab b’waqtiet twal xemxin, b’riħ jonqos sew minn Nofsinhar. Għada pjuttost bħall-lum, iżda lejn tard wara nofsinhar jibda jiżdied is-sħab, b’ċans żgħir ta’ xi rxoxt, anke matul il-lejl. Ir-riħ idur ħafif għal moderat mix-Xlokk.”



Huma jkomplu, “Issa l-Ġimgħa: Firxa kbira ta’ sħab mistennija titla’ mil-Libja u tilħaqna sew. Mistennija x-xita, u tista’ tkun qawwija wkoll. Hemm ukoll xi attività tas-sajjetti u beraq, b’ċans li jkollna ftit minnhom qrib jew fuqna. Ir-riħ se jiżdied minn moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk / Xlokk il-Lvant. Moħħkom hemm dejjem.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI