Jasmine’s Journey qasmu aġġornament emozzjonali fuq il-midja soċjali fejn spjegaw li minflok bdew sessjoni ġdida ta’ DMI intensive fi tmiem din il-ġimgħa, sfortunatament kellhom jiddaħħlu l-isptar ma’ Jasmine wara li marret għall-agħar f’saħħitha.
Huma qalu li ċ-ċkejkna bdiet tbati b’uġigħ fil-griżmejn u għalhekk kienet qed tirrifjuta kemm l-ikel kif ukoll ix-xorb, filwaqt li kienet skomda ħafna matul l-aħħar żewġt iljieli.
Fil-messaġġ tagħhom spjegaw ukoll li Jasmine bħalissa qed tingħata fluwidi permezz ta’ IV sabiex tibqa’ idratata waqt li tirkupra.
Il-familja faħħret lill-istaff tal-isptar għall-kura u l-appoġġ tagħhom. Huma temmew il-messaġġ tagħhom billi talbu lill-pubbliku biex iżomm lil Jasmine fit-talb u fil-ħsibijiet tagħhom.