"Tlifna Omm Ta' Vera, Tania Ħa Nitolbu Għalik Qalbi" – Iz-Zija TT u Belle Jsellmu L-Memorja Ta' Segwaċi Minn Tagħhom

It-telfa ta’ Tania ħasdet lil bosta nies fosthom iz-Zija TT u lil Belle li kienu jagħmlu l-programm live flimkien. Illum il-ġurnata t-tnejn li huma għandhom il-programm live fuq Facebook tagħhom. Ilbieraħ filgħaxija, iż-żewġ personalitajiet lokali sellmu l-memorja ta’ Tania.





Iz-Zija TT kitbet, “IIlejla tlifna omm ta’ vera, Tania ħa nitolbu għalik qalbi u grazzi ta’ kollox. Minn qalbi irrid nagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha speċjalment lit-tlett itfal tagħha.” 



 

Filwaqt li Belle min-naħa tagħha kitbet, “Kondoljanzi lill-familja kollha ta’ Tania li kienet tħobb isegwi ħafna l-lives tiegħi u kienet tibgħatli ħafna messaġġi li nagħmilha tbissima fuq wiċċha meta tarani. Strieħ fis-sliem ġawhra sabiħa. Ħlist minn kull tbatija issa.”

Aħna ningħaqdu maz-Zija TT u Belle biex insellmu l-memorja ta’ Tania u ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja għażiża tagħha li żgur għaddejjin minn żmien xejn faċli. Inżommuhom fit-talb tagħna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI