Kaiden Farrugia hu żagħżugħ ta’ 15-il sena li sa minn tfulitu dejjem kellu mħabba kbira lejn il-Ġimgħa l-Kbira. Hu jistqarr li filwaqt li għal uħud dan il-jum jista’ jkun wieħed ta’ diqa, għalih hu wieħed ta’ ferħ għaliex isemmi li fih tispikka t-tbatija li Ġesù għadda minnha f’ġieħ l-umanità.
Waħda mill-passjonijiet ewlenin ta’ Kaiden hi proprju r-restawr tal-istatwi. Mas-sit Kattoliċi Maltin, hu jispjega kif l-hena tiegħu hi li jirrestawra statwi li ma jkunux jinsabu f’qagħda daqstant tajba.
Facebook / Kattoliċi Maltin