Wara sitt ġimgħat li taru mar-riħ, emozzjonijiet, ġlied, drama, biki, ferħ, u fuq kollox, imħabba, illejla wasal il-finali ta’ Love Island Malta.
Fil-villa baqa’ erba’ koppji. Dawn huma: Anthea u Giuseppe, Anna Paola u Luke, Yasmine u Neil, Hayley u Zack. Għal dawn l-aħħar tlett ijiem, il-poplu kien mistenni jivvota għall-koppja favorita tiegħu. Il-koppja li tirċievi l-iktar voti, illejla se tiġi premjata bħala l-koppja rebbieħa tar-raba’ staġun ta’ Love Island Malta.
Wara mawra sa Sqallija, il-koppji bħalissa jinsabu lura fil-villa jippreparaw ruħhom għall-iktar lejl importanti ta’ dan il-programm. Wara l-kwinti se jkun hemm ukoll jappoġġjawhom, il-parteċipanti l-oħrajn li kellhom iħallu l-villa u ma waslux sal-finali.
Kollox jibda llejla fid-20:45. Baqa’ l-aħħar ftit ċans biex nivvutaw għall-koppja li nixtiequ li tkun il-koppja rebbieħa. Intom min taħsbu li se jirbaħ?
Facebook / Love Island Malta